Il-Kap tar-ribelli, Ahmad al-Sharaa, li effettivament hu wkoll il-Mexxej ġdid tas-Sirja, żvela li l-poplu Sirjan kapaċi jkollu jistenna sa erba’ snin oħra sakemm il-pajjiż ikun biżżejjed stabbli biex jorganizza l-elezzjonijiet nazzjonali.
Din hi l-ewwel darba li al-Sharaa fassal perjodu – pjuttost dubbjuż – għall-elezzjonijiet fis-Sirja mindu l-grupp tiegħu, il-Hayat Tahrir al-Sham (HTS), mexxa l-offensiva tar-ribelli li, jiem ilu qaċċtet lir-reġim tad-dittatur Sirjan, Bashar al-Assad.
Intant, al-Sharaa qed jgħid li t-tfassil tal-Kostituzzjoni ġdida tas-Sirja kapaċi jdum tlett snin qabel il-konklużjoni tal-proċess. Fl-istess snin, is-Sirjani mgħandhomx jaraw ‘dalwaqt’ il-bidliet u titjib sinifikanti fis-servizzi pubbliċi tal-pajjiż u meta t-Tmexxija ġdida għadha qed tikkonsolida postha f’Damasku.
Is-Sirja – minkejja li qed tħares lejn is-sena l-ġdida b’aktar ottimiżmu – anki teħtieġ li tibni mill-ġdid is-sistema legali tagħha li kienet prattikament ineżistenti taħt Assad. Fl-istess ħin, l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet leġittimi ma tistax issir mingħajr ċensiment komprensiv tal-popolazzjoni Sirjana u li wkoll jeħtieġ iż-żmien.
Fil-preżent għad hemm il-mistoqsijiet dwr kif l-HTS għandu jmexxi lis-Sirja wara li l-grupp kien introduċa ruħu fix-xena bħala moviment Ġiħadista bl-ambizzjonijiet biex iwaqqaf Stat fundamentalista regolat mil-liġi Iżlamiku tax-Xarja. Intant, l-HTS, issa, qed jipprova jippreżenta ruħu b’mod differenti u anqas radikali minn kif kien qed jidher f’għajnejn l-osservaturi matul l-aħħar snin.
Ahmad al-Sharaa qal li l-grupp – indikat bħala entità terroristika min-Nazzjoniijet Uniti u pajjiżi oħra – għandu jkun iddikjarat ‘xolt’ waqt konferenza ta’ djalogu nazzjonali li għandha ssir fil-futur, iżda hu, fl-istess ħin, ma provdiex id-dettalji.
Fis-Sirja hemm numru sinifikanti ta’ gruppi etniċi u reliġjużi, fosthom Kurdi, Armeni, Assirjani, Kristjani, Drużi, Xiti Alawiti u Għarab Sunniti – b’talaħħar jikkostitwixxu l-maġġoranza fost il-poplu Musulman. Intant, l-HTS qed iwiegħed biex jipproteġi l-libertà u d-drittijiet tal-minoranzi kollha fil-pajjiż.
//= $special ?>