Diversi huma dawk it-trabi li tilfu ħajjithom riżultat ta’ ipotermja fil-kampijiet tar-refuġjati f’Gaza. Bil-media internazzjonali qed tirrapporta l-istorja ta’ missier ta’ tewmin li jinstab f’disprament wara li tilef wieħed minn uliedu.
Huwa stqarr li wieħed mit-tfal tiegħu miet tort ta’ negliġenza, waqt li t-tifel l-ieħor jinstab f’inkubatur.
Il-ħajja ta’ dan it-tifel tinstab f’riskju għaliex tiddependi mill-generators li jħaddmu l-isptarijiet f’Gaza peress li Iżreal qata’ l-provvista elettrika. Dan apparti li l-qawwiet Iżraeljani qed ikomplu jwettqu rejds fuq l-isptarijiet.
//= $special ?>