Għawdex Lokali

‘Jump for Life’ – attività li saret f’Għawdex biex tispira kuraġġ u azzjoni kontra l-vizzji

Diversi persuni ħadu sehem fl-attività annwali tal-OASI Foundation bl-isem ‘Jump For Life’ – attività li kienet immirata sabiex tħeġġeġ lill-persuni maħkumin minn xi vizzju sabiex jgħidu iva għall-għajnuna.

L-attività bdiet b’mixja lejn l-irdum ta’ Sannat, u wara dawra bil-kayak mal-kosta t’Għawdex.

Il-qofol ta’ l-attività kienet il-qabża l-baħar ta’ 26 persuna, li tirrappreżenta l-kuraġġ li wieħed irid ikollu biex jibda l-mixja għall-irkupru minn xi vizzju.

‘Jump For Life’ kellha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar il-fatt li meta wieħed ifittex l-għajnuna jkun qed jagħmel pass ta’ kuraġġ u mhux pass ta’ dgħjufija.