Lokali

Familji Maltin li spiċċaw maqbuda fil-Polonja

Numru ta’ familji Maltin jinsabu maqbudin fil-Polonja wara li t-titjira tagħhom minn Krakow għal Malta ttardjata għal 5 sigħat u eventwalment ġiet ikkanċellata minħabba iċ-ċpar.

Bosta familji esprimew il-frustrazzjoni tagħhom fuq l-midja soċjali wara li dawn spiċċaw maqbuda fl-ajruport Pollakk ta’ Krakow.

Huma saħqu kif dakinhar tat-titjira huma telqu mill-lukanda fl-4 ta’ filgħodu. U meta wasslu l-ajruport sabu xena ta’ nies mal-art u l-anqas post fejn ipoġġu. Sakemm imbgħad skoperw li it-titjira ġiet ikanċeleta – bil-familji Maltin jibqgħu lampa stampa maqbuda fl-ajruport.

Koppja li tkellmet ma’ Net News saħqet kif dawn spiċċaw maqbuda fil-Polonja, bil-kumpanija Ryanair toffri biss kumpens tal-ispejjeż u mhux titjira lura lejn pajjiżna. U it-titjiriet li jmiss huma fis-6 ta’ Jannar.

Dan wassal biex din il-familja ikollha tonfoq ma’ 3,000 euro sabiex huma jaslu lura pajjiżna ma’ titjira tat- Turkish Airlines. Għalkemm dan fisser li kellhom bżonn jieqfu Istanbul b’overlay ta’ tmien siegħat sabiex eventwalment jasslu lura f’pajjiżna – bl-eżatt għall-bidu tas-sena.

Dan iż-żmien tas-sena ikun dejjem ikkaratterizzat minn dewmien u pressjoni kbira fuq il-kumpaniji tal-ajru, l-aktar minħabba l-fatt li jkollok eluf ta’ persuni jsiefru biex jaslu fil-ħin għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena l-ġdida mal-qraba tagħhom.