L-Avukat Jason Azzopardi tul il-jum tat-Tnejn talab biex tinfetaħ inkjesta maġisterjali fil-konfront tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, Robert Vella – hekk kif allega li għandu diversi rabtiet ma’ deals suspettużi.
Azzopardi saħaq li Vella b’mod intiż u apposta naqas milli jissalvagwardja l-interess nazzjonali f’numru ta’ deals…li sussegwentament ibbenefikaw minnhu bwiet privati.
Fost oħrajn art fil-Mellieħa biex tinbena binja ta’ 5 sulari b’aktar minn 100 appartament, flimkien ukoll ma trasferiment ta’ art fir-Rabat Għawdex – art li l-istess nies li bbenefikaw minn dan it-trasferiment kienu qed jokkupawha b’mod illegali.
Każ ieħor huwa sqaq pubbliku fil-Bajja ta’ San Ġorġ, għal valur ta’ €3 miljun li kien mibjugħ lil ‘Tal-Franċiż’ u li kellu bżonn l-art biex jilħaq il-qofol tal-pjanijiet tiegħu għal proġett ta’ Villa Rosa – każ li żewġ membri fuq il-Bord tal-Gvernaturi tal-Lands kienu ħarġu kontra madanakollu l-appelli tagħhom ingħataw il-ġenb.
Dan kollu flimkien ma’ diversi deals oħrajn qed jiġi allegat li qajmu diversi suspetti fl-aġir tas-CEO tal-Lands, bl-Avukat Jason Azzopardi jisħaq dwar l-importanza li tinfetaħ Inkjesta Maġisterjali dwar dan u aktar.
//= $special ?>