Impjegati tal-Melita mit-timijiet tal-Kummerċ u tal-Customer Experience dan l-aħħar offrew volontarjat biex jgħinu lit-tfal residenti f’Dar Sagra Familja. Id-dar, immexxija mill-Fondazzjoni Sebħ, tipprovdi kenn lil tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familji naturali tagħhom, u toffri wkoll għajnuna psikoloġika u terapewtika. Waqt li ħadmu flimkien mas-sorijiet u l-care workers, l-impjegati għenu biex jitnaddfu u jiġu rinnovati l-kmamar, u tejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-residenti.
“Aħna kuntenti li naraw lill-kollegi tagħna jingħaqdu flimkien biex jappoġġjaw kawża tant denja,” qal Harald Roesch, CEO ta’ Melita Limited. “Din l-inizjattiva tallinja mal-valuri ta’ Melita li tinkoraġġixxi l-ħidma f’tim u l-impenn fil-komunità. Il-kollaborazzjoni u d-dedikazzjoni murija mit-tim tagħna jenfasizzaw id-differenza pożittiva li nistgħu nagħmlu flimkien.”
“L-assistenza mogħtija mit-tim ta’ Melita għamlet differenza sostanzjali fil-ħajja tat-tfal u fl-ambjent ġenerali tad-dar tagħna,” qalet Abigail Grima, Home Manager Dar Sagra Familja fil-Fondazzjoni Sebħ. “Ix-xogħol li sar kien intensiv u ta’ sfida għas-sorijiet tagħna, għalhekk l-appoġġ li rċevew kien imprezzabbli u tassew apprezzat.”
Il-proġett riċenti f’Dar Sagra Familja huwa parti mill-impenn kontinwu ta’ Melita li tappoġġja lill-komunità inkluż li tipprovdi appoġġ u inkoraġġiment lill-impjegati li jixtiequ jagħmlu volontarjat. Bħala parti mill-pilastri Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG) tal-kumpanija, Melita tipprovdi leave għal servizz fil-komunità lil kull impjegat.
//= $special ?>