Milan ħabbru li temmew ir-relazzjoni tagħhom ma’ Paulo Fonseca bħala kowċ tal-klabb u li minfloku se jkun qed imexxi lit-tim Sergio Conceicao l-eks kowċ ta’ Porto.
Fonseca tkeċċa wara d-draw li Milan kellhom kontra Roma hekk kif b’dan ir-riżultat issa Milan jinsabu fit-tmien post fil-klassifika.
Conceicao ffirma kuntratt ta’ 18-il xahar ma’ Milan fejn l-ewwel impenn tiegħu se jkun nhar il-Ġimgħa meta Milan jilagħbu kontra Juventus fl-ewwel leg mis-semifinali tas-Super Cup Taljana. Ironikament ma’ Juventus hemm jilgħab ukoll it-tifel tiegħu, Francisco Conceicao.
//= $special ?>