Sport Sport Ieħor

Possibilità li l-Logħob tal-Commonwealth isir f’aktar minn belt waħda

(Ritratt: EPA)

Il-President tal-Commonwealth Games Federation Chris Jenkins ħabbar li fil-futur qed tkun evalwata l-possibilità li l-Logħob tal-Commonwealth jibda jinżamm f’aktar minn belt waħda. Dan se jkun qed isir sabiex ikun assigurat li dawn il-logħob jibqgħu jsiru anke wara l-100 sena anniversarju fl-2030.

Il-Logħob li jmiss li se jsiru fl-2026 se jkunu qed isiru fi Glasgow wara li l-istat ta’ Victoria fl-Awstralja kien irtira milli jospità dawn il-logħob filwaqt li l-provinċja ta’ Alberta fil-Kanada rtirat l-interess.

Jenkins qal li l-mudell li se jkun qed jiġi addottat fi Glasgow se jkun simili għal dak li se jkun qed isir fil-futur fejn b’kollox se jkun hemm bejn 15 u 17-il dixxiplina sportiva.