Internazzjonali Lokali Qorti

Uffiċjal għoli tal-Pulizija ta’ dixxendenza Maltija ħati ta’ abbuż verbali waqt li kien fis-sakra

Uffiċjal anzjan tal-pulizija ta’ dixxendenza Maltija instab responsabbli għal każ ta’ vjolenza domestika verbali nstab ħati u li wettaq dan ir-reat meta kien fis-sakra fir-Renju Unit. L-Ispettur Mark Portelli ta’ 45 sena instab ħati li ssuġġetta lis-sieħba tiegħu fil-forma ta’ abbuż verbali wara li tkeċċa minn ‘nightclub’ Canvas f’Bournemouth, f’Dorset, fis-sigħat bikrin tal-31 ta’ Marzu ta’ din is-sena.

L-uffiċjal li ilu jservi fil-Korp tal-Pulizija għal 19-il sena, u li huwa minn Broadstone qal lill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Southampton li l-lingwaġġ ħażin kien dirett lejh innifsu. Portelli kien arrestat minn uffiċjali mill-istess korp tal-pulizija li jservi fih hu stess fejn abbuża mit-tfajla tiegħu u saħansitra offendiha bi kliem mhux xieraq.

Nhar l-Erbgħa, wara ġuri ta’ ġurnata fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Southampton, Hampshire, l-uffiċjal tal-Pulizija nstab ħati li uża kliem ta’ theddid jew abbużiv li x’aktarx jikkawża fastidju, allarm jew dwejjaq. Portelli, li jaħdem fil-‘High Harm Unit’ tal-Pulizija fis-sezzjoni li tkopri l-vjolenza domestika, ġie akkużat ukoll li aggredixxa tliet membri li jmexxu ‘nightclubs’ iżda dawn l-akkużi waqgħu.

Portelli qal li beda jixrob cocktails u prosecco mal-ħbieb fi tliet postijiet mil-5pm. Ftit qabel nofsillejl, huwa tkeċċa mil-nightclub wara nuqqas ta’ qbil mal-eks sieħba tiegħu. Fuq il-filmati tal-body cam tal-pulizija – muri fil-qorti, huwa ripetutament deher jgħajjat ​​u beda jitkellem ħażin u li kultant uża aġġettivi b’mod dispreġjattiv biex jiddeskrivi lin-nisa.

Huwa kien immultat £500 u ordnat iħallas l-ispejjeż tal-prosekuzzjoni ta’ £620 u ħlas lill-vittma ta’ £200. Portelli sostna li l-kliem offensiv tiegħu kien dirett lejn innifsu u mhux lejn is-sieħba tiegħu, iżda l-Imħallef Distrettwali Anthony Callaway ma kienx impressjonat b’dawn il-kummenti,

L-Imħallef Callaway qal: ‘Naċċetta li din kienet xi ħaġa mhux normali minn naħa tiegħek, imma żbaljajt. ‘Il-pubbliku jistenna li l-uffiċjali jagħtu eżempju u int ma għamiltx dan.’ Portelli qal lill-Qorti li kien ikkonsma diversi cocktails u prosecco, f’ikla fejn il-mistednin jingħataw xorb alkoħoliku illimitat għal perjodu ta’ żmien stabbilit, qabel telaq għal bar ieħor fejn kompla jixrob.

Qal li kien inċident ta’ rabja u ta’ dispjaċir’ u li kien imdejjaq bih innifsu.   “Għalkemm kont qed inħares fid-direzzjoni tas-sieħba tiegħi l-abbuż ma kientx diretta lejha. Jien kont imdejqa bija nnifsi.’ Meta tkellmet wara s-seduta, id-Deputat Kap Kuntistabbli tal-Pulizija ta’ Dorset Rachel Farrell qalet: ‘L-azzjonijiet ta’ Portelli fil-lejl inkwistjoni waqgħu ferm taħt l-aspettattivi ta’ mġiba għall-uffiċjali u l-istaff tagħna.  

‘Membri tal-pubbliku bir-raġun jistennew li l-uffiċjali u l-persunal tagħna għandhom jagħmlu ħilithom biex jaderixxu mal-ogħla standards fl-imġieba tagħhom, anke meta ma jkunux fuq ix-xogħol”. Żiedet ukoll li Portelli issa se jiffaċċja proċeduri ta’ kondotta ħażina. L-akkużi fil-konfront ta’ Portelli fuq il-persuni li jmexxu l-club ġew irtirati mill-prosekuzzjoni minħabba li l-allegati vittmi, ma attendewx għall-ġuri.