Is-sena li jmiss se tkun waħda impenjattiva u interessanti għall-poplu fil-Ġermanja li qed iħejji għall-elezzjoni ġenerali bikrija programmata għat-23 ta’ Frar….. Il-Kanċillier Ġermaniż, Olaf Scholz, intant, indirizza lill-poplu ftit tal-ħin ilu u fejn insista li huma ċ-ċittadini Ġermaniżi, aktar mill-‘influencers’ barranin li se jiddeċiedu d-direzzjoni ta’ pajjiżhom.
Scholz, fl-istess ħin, ħeġġeġ għall-għada fost il-Ġermaniżi bħala l-aħjar tweġiba għall-attakk tal-20 ta’ Diċembru li xokkja lill-pajjiż….Attakk li fih, tabib Sawdi fil-belt ta’ Magdeburg saq il-karozza għal fuq in-nies li kienu qed jattendu l-attivitajiet fi Christmas Market – u bir-riżultat li nqatlu ħamsa, b’aktar minn 230 jisfaw feruti.
Il-Kanċillier sostna li s-sidien ta’ ċerti siti tal-media soċjali mhumiex se jdawwru lill-poplu favur l-ideoloġiji estremisti tagħhom. Dan wara li l-biljunarju tat-teknoloġija Amerikan Elon Musk, il-proprjetarju ta’ SpaceX, ħareġ jappoġġja pubblikanment lill-Partit estremista tal-lemin Alternativ fur Deutschland permezz tas-sit ‘X’ u l–gazzetta Ġermaniża Welt am Sonntag.
Il-Kanċillier Scholz, sadanittant, insista li l-persuna jew entitajiet li jgħajjtu l-aktar mhux dejjem jirbħu l-argument u meta huma ċ-ċittadini diċenti – aktar milli s-sidien tal-media soċjali — li fi Frar ikollhom l-aħħar kelma dwar it-triq li se taqbad il-Ġermanja matul is-snin li ġejjin.
//= $special ?>