Mill-Isqof t’Għawdex, għall-MEP Alex Agius Saliba. Minn Joseph Muscat għall-istorja ta’ Shawn Mifsud. Minn Taylor Swift, għas-suċċess ta’ Neil Agius.
Is-sena 2024 fissret illi fuq Facebook biss, Net News kellu mal-11-il miljun click. Dan filwaqt li 2.3 miljun persuna daħlu fil-links ippubblikati mis-sit NetNews.com.mt.
Iċ-ċifri tal-2024 juru wkoll li wieħed minn kull ħames followers li għandu Net News fuq Facebook huma żgħażagħ taħt l-34 sena.
Sinifikanti aktar minn hekk huma l-videos li l-aktar kienu popolari fuq il-pjattaformi tagħna fl-aħħar xhur – u li uħud minnhom ġew segwiti minn eluf kbar ta’ persuni.
L-aktar popolari kien filmat ta’ Alex Agius Saliba mill-kampanja tal-MEPs, illi rawh xejn anqas minn 389,000 darba.
Wara dan, kien hemm il-filmat tal-Isqof Anton Teuma – li matul l-2024 kien it-tieni l-aktar video popolari fuq il-pjattaforma tagħna. Dan rawh mal-167,000 darba fuq Facebook.
L-istorja ta’ Shawn Mifsud kellha 153,000 view fuq Facebook, bil-ġurnalista tagħna Christine Mamo titfa’ dawl fuq din l-istorja umana li konna segwejna fil-bidu tas-sena.
Videos oħra popolari matul l-2024 kienu dawk tal-eks Sindku tal-Belt malli ħarġu r-riżultati tal-Kunsilli…il-filmati tal-għodwa li fiha Joseph Muscat tressaq il-Qorti…u x-xandira LIVE ta’ Neil Agius meta daħal f’Għar Lapsi fi tmiem l-isfida li daħal għaliha bl-għawma madwar il-gżejjer Maltin. Din ix-xandira kienu rawha mad-90,000 persuna fuq il-Facebook ta’ Net News.
//= $special ?>