Lokali Saħħa

L-istrateġija nazzjonali kontra s-suwiċidju baqgħet ma ġietx preżentata fil-Parlament; Il-Ministru Abela jgħid li milhiex fuq l-ixkafa

In-numru ta’ persuni, NGO’s, professjonisti li jaħdmu fis-settur tas-saħħa kif ukoll akkademiċi fl-Università li ta’ Malta ilhom snin jitolbu għal strateġija nazzjonali kontra suwiċidju.

Il-Ministeru tas-Saħħa mmexxi kemm minn Chris Fearne kif ukoll mill-Ministru JoEtienne Abela ilhom żmien twil iwiegħdu din l-istrateġija. Madanakollu, din għadha fuq l-ixkafa….anke jekk il-Ministru JoEtienne qed jibqa’ jirrifjuta li jammetti dan il-fatt.

Il-Ministru Abela kien ta din id-dikjarazzjoni lil Net News fl-4 ta’ Ottubru li għadda.

U s’issa, aktar minn xahrejn wara, din il-liġi għadha ma telgħetx fil-Parlament. 

B’sorsi li tkellmu ma’ Net News jikkonfermaw ukoll li lanqas hija skedata għal wara l-vaganzi tal-Milied.

Mill-1 Jannar 2024 sa Ġunju 2024, in-numru ta’ persuni li ‘attempted suicide’ ġie reġistrat bħala ‘discharge diagnosis’ fl-isptarijiet …kien ta’ 71.

U bejn l-2019 u l-2023 kien hemm 533 rapport ta’ attentati ta’ suwiċidju – tema delikata immens, li mhux qed tingħata l-prijorità mistħoqqha.