Imħallef fl-Arġentina kkonferma l-akkużi kontra ħames persuni li b’mod jew ieħor kienu konnessi mal-mewta traġika, f’Ottubru, ta’ Liam Payne; l-eks-kantant tal-grupp One Direction.
Tnejn fost l-akkużati ngħataw sentenzi ta’ priġunerija preventiva talli huma, allegatament, ipprovdew lil Payne bid-droga ftit qabel mewtu. Dan ukoll wara li r-rapporti tal-awtopsja fuq il-katavru sabu traċċi infallibbli tal-alkoħol u l-kokaina fis-sistema tal-kantant
Sentenza preventiva, f’dan il-każ, tinvolvi sitwazzjoni fejn persuna tinżamm tażt arrest qabel tkun suġġetta għal process tal-qorti.
Wieħed fost l-akkużati hu impjegat mal-lukanda fi Buenos Aires fejn Liam Payne kien alloġġjat matul il-lejl fatali ta’ Ottubru. Intant, Is-sorsi infurmati fil-kapitali tal-Arġentina qalu li l-imputat l-ieħor hu waiter li kien ilu jaf lil Payne għal ftit żmien biss wara li kien iltaqa’ miegħu f’ristorant,.
Iż-żewġ suspettati qed jjiffaċċjaw l-akkużi Ii provdew lil Liam Payne bid-droga li swietlu ħajtu u ‘il quddiem huma se jitressqu quddiem l-Imħallef matul il-fażi li jmiss tal-proċess legali.
//= $special ?>