Qorti f’Seoul ħarġet mandat ta’ arrest fil-konfront tal-President tal-Korea t’Isfel li kien ġie impeached Yoon Suk Yeol wara li dan prova jimplimenta l-liġi marzali fi 3 ta’ Diċembru.
Dan il-mandat ta’ arrest ħareġ wara li Yeol irrifjuta tliet talbiet għall-investigazzjoni, dwar abbuż ta’ poter f’temp ta’ ġimgħatejn.
Kelliema f’isem t-tim legali ta’ Yoon qegħdin jgħidu li dan l-mandat ta’ arrest huwa wieħed illegali u invalidu waqt li żiedu jgħidu li ser ikun qed jikkontestaw il-vadilita tiegħu fil-Qorti.
Yoon Suk Yeol huwa l-ewwel president tal-Korea t’Isfel li qed jiffaċċja mandat ta’ arrest.
Madanakollu għadu mhux stabilit kemm l-investigaturi eventwalment se jirnexxilhom jarrestaw lil Yoon hekk kif kappaċċi jaffaċċjaw diversi komplikazzjonijiet mit-tim tas-sigurta tiegħu u protesi.
//= $special ?>