Lokali

Jinstabu 4 iljuni u pantera allegatament abbandunati f’razzett fin-Naxxar

Kollox qiegħed jindika li kienu qed jinżammu erba’ iljuni u pantera f’razzett fin-Naxxar allegatament f’kundizzjoni orribbli, abbandunati, bil-ġuħ u bl-għatx.

It-Tlieta kienu msejħa uffiċjali tal-Animal Welfare flimkien ma’ Pulizija fil-post fejn saret din is-sejba.

L-istess rapport kompla jindika kif allegatament dawn il-kreaturi tħallew f’dan l-istat ta’ abbandun għal żmien twil…tant u hekk li allegatament instab iljun bla ħajja…mikul mill-annimali l-oħrajn.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-Animal Welfare ħadet taħt il-kustodja tagħha dawn l-annimali sakemm jiġu rilokati f’post sigur.

Kelliema għall-Pulizija saħqu ma’ Net News li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin madanakollu s’issa isem sid ir-razzett għadu ma ġiex żvelat

Il-programm ‘Vuċi għall-Annimali’ iddeksriva l-kundizzjonijiet bħala “inhumani” u qalet li s-sitwazzjoni ġiet irrapurtata lill-awtoritajiet kompetenti immedjatament. Daryl Grima, attivist favur l-annimali żied jgħid li, għalkemm is-sit issa jinsab taħt sorveljanza u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, ir-riżorsi limitati tal-Veterinary Regulations Department qed ixekklu li dawn l-annimali jittieħdu f’kustodja sigura.