Tela’ għall 15 in-numru ta’ vittmi fi New Orleans li nqatly wara li pick up truck baqa dieħel f’folla nies li kienet miġbura għaċ-ċlebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena.
Is-sewwieq jidher li kien qed isuq b’veloċita qawwija u għalhekk darab ukoll 35 persuna oħra, qabel ma kien maqtul permezz ta’ tiri ta’ arma tan-nar mill-pulizija.
Is-sewwieq ġie identifikat bħala Shamsud-Din Jabbar raġel ta’ 42 sena minn Texas. Huwa kellu bandiera tal-Istat Islamiku imweħħla mal-vettura tiegħu u għalhekk il-pulizija qed iqisu dan l-inċident bħala att ta’ terorizmu.
L-Awtoritajiet qed jinvestigaw jekk is-sewwieq kellux xi għajnuna minn persuni oħra speċjalment fi tqegħid ta’ splussivi li instabu kemm fil-vettura tiegħu kif ukoll fiz-zona ta’ fejn seħħ l-inċident.
Dan filwaqt li qed tiġi investigata l-possibbilità li dan l-attakk kien relatat mal-isplużjoni ta’ Tesla Cybertruck li seħħet ftit ‘il barra mill-Hotel tal-President Donald Trump f’Nevada.
Wieħed mill-vittmi ġie identifikat bħalha Martin ‘Tiger’ Bech, waqt li l-vittmi l-oħra għadhom qed jiġu identifikati.
//= $special ?>