Internazzjonali

Fl-ewwel jum tas-sena: Jisplodi Tesla Cybertruck fiz-zona tal-lukanda Trump f’Las Vegas

L-Awtoritajiet fl-Istati Uniti qed jinvestigaw l-ispużjoni ta’ Tesla cybertruck li seħħet barra l-lukanda Trump f’Nevada bħala attakk ta’ terrur. Dan filwaqt li l-Pulizija qed tikkunsidra l-possibbilità li din l-isplużżjoni u l-attakk fi New Oreans huma relatati.

Bil-Pulizija tikkonferma li s-cybertruck sploda 20 sekonda wara li daħal fiz-zona tal-entratura tal-lukanda, bis-sewwieq jinqatel minufih f’dan l-attakk. Kollox jindika li x-xuffier huwa l-unika vittma ta’ dan l-attakk, ħlief għal seba’ persuni li kienu fl-akwati u li ndarbu ħafif.

Dan it-trakk kien wieħed mikri f’Colorado u wasal Las Vegas sagħtejn biss qabel ma seħħet l-isplużjoni.

Intant waqt konferenza tal-aħbarijiet, Uffiċjal tal-Pulizija wera filmati u ritratti ta diversi ċilindri tal-fuel u logħob tan-nar li kienu f’din il-vettura.