Il-Gvern kien wiegħed lil kull għaqda li tgħin u tagħti kenn lill-annimali li jekk isibu art fejn ikunu jistgħu jagħmlu aħjar dan ix-xogħol, kien ser jgħinhom.
Madanakollu jidher li din hija wegħda oħra li se tisfaxxa fix-xejn, hekk kif Second Chance Horse Rescue , organizzazzjoni mhux governattiva li ssalva ż-żwiemel sabet postijiet li jagħtu dan it-tip ta’ kenn liż-żwiemel tagħhom, u minkejja li bagħtu kemm il-ittra lil min hu kkonċernat għadhom bla risposta. Tant li lanqas biss inatgħu konferma li rċievew xi ittra.
Second Chance Horse Rescue, tagħmel xogħol volontarju biex issalva liż-żwiemel li mingħajr l-għajnuna tagħhom aktarx kienu jitraqdu u tagħtihom post fejn jgħixu. Organizzazjoni li għalhekk bla dubju ta’ xejn ikollha bżonn kull tip ta’ għajnuna kemm finanzjarja kif ukoll ta’ spazju biex dawn iż-żwiemel ikollhom l-ispazzju meħtieġ biex jgħixu trankwili.
Permezz ta’ post fuq il-media soċjali x-Shadow Minister għal Ħarsien tal-Annimali, Janice Abela Chetcuti, saħqet li postijiet bħal dawn huma minsija mill-Gvern u staqsiet meta ser jibdew jittieħdu bis-serjetà l-annimali u l-ħarsien tagħhom f’pajjiżna.
//= $special ?>