Raġel ta’ 66 sena residenti Ħal Għaxaq instab ħati Il-Maġistrat Monica Vella li abbanduna żewġt iklieb tar-razza ‘fox terriers” li ma ħax ħsiebhom u li żammhom bla ċinga f’Ħal Għaxaq stess. Leonard Caruana kien mixli li f’Settembru tas-sena l-oħra ħalla l-klieb tiegħu jiġġerrew fit-triq bla kontroll u bla ċinga, ma naddafx il-ħmieġ li għamlu, naqas milli jikkontrollahom u dan minkejja li kienu ta’ periklu.
Huwa kien qed jiġi mixli wkoll li keskes il-kliem biex jagħmlu għal persuna u dan bil-ħsieb tiegħu li jbeżża’ lill-vittmi. Huwa ġie mmultat €50 Hu ċaħad l-akkużi miġjubin kontrih. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat ikkonferma mal-Pulizija li l-klieb kien iżommhom f’garaxx bla ċinga u għalhekk kienu joħorġu fit-triq.
Hu sostna li ma riedx jorbot lill-klieb għaliex għalih din kienet tfisser moħqrija. Kien raġel li għamel rapport kontra Caruana li qal fil-Qorti li diġà kien wissa lill-akkużat bil-klieb tiegħu għaliex ta’ spiss kien jgħaddi mit-triq bil-kelb tiegħu stess u dawn kienu jagħmlu għalih.
Filwaqt li l-Qorti qalet li ma setgħetx tikkunsidra inċident li seħħ bejn it-tifla ta’ dan ir-raġel u l-klieb tal-akkużat peress li din ma xehditx fil-proċeduri, qalet li hemm biżżejjed provi fuq l-akkużi kollha għajr dik li l-klieb tħallew iħammġu.
Għaldaqstant, Caruana nstab ħati ta’ tlieta mill-akkużi miġjuba kontrih u ġie mmultat €50. Rigward il-klieb infushom, il-Qorti li dawn m’għandhomx jitraqqdu minħabba n-nuqqas tas-sid.
//= $special ?>