Lokali

Imut il-producer tal-films ibbażat f’Malta, Pedja Miletic

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-producer tal-films ibbażat f’Malta, Pedja Miletic.

Dan tħabbar minn martu stess nhar l-Erbgħa.

Miletic ħadem fuq il-film Blood on the Crown, film Malti li ġab l-unuri. Hu ħadem ukoll għall-films Rose Island (2020), Cagefighter (2021), u Starfish (2023).

L-aħħar produzzjoni tiegħu kienet ġiet imxandra ftit sigħat biss qabel il-mewt tiegħu lejlet l-Ewwel tas-Sena.