Kullar li ddendel mal-istatwa ta’ qattus f’Tas-Sliema tpoġġa biex ifakkar il-memorja ta’ Paulina Dembska li daqs tliet snin ilu sfat maqtula u stuprata.
Dembska, Pollakka ta’ 29 sena, kienet marret fi Ġnien l-Indipendenza biex allegatament titma l-qtates li kienu tant għal qalbha. L-akkużat, Abner Aquilina qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi li qatel u stupra lill-vittma f’nofs ta’ ġnien, bl-esperti tal-Qorti ddikjaraw li Aquilina kien fi stat ta’ ġenn fil-mument li seħħ kollox.
Il-ġisem ta’ Dembska kien instab minn persuna li kienet għaddejja miz-zona qabel is-6:30 am taħt il-promenade ta’ Tas-Sliema.
L-artist wara l-istatwa, Matthew Pandolfino qal li kien hu stess li għamel dan il-kullar b’isem Paulina Dembska bħala ġest għal Dembska u qraba tagħha.
Il-qtil ta’ Dembska kien qajjem agħa kbira fil-pajjiż tant li fil-liġi kriminali kienet ġiet introdutta l-femiċidju.
Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo
//= $special ?>