Il-belt Amerikana ta’ New Orleans kienet mimlija ħajja. Il-bars kienu kollha ppakjati, u n-nies ħonqu t-toroq ewlenin biex jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida mat-tokki ta’ nofs il-lejl.
Iżda f’temp qasir, din il-festa inbidlet fi traġedja.
L-att terroristiku li wettaq Shamsud-Din Jabbar ħalla 15-il vittma.
Il-każ seħħ ftit wara t-3am, ħin lokali. B’filmati tas-CCTV juru l-pick-up ta’ Jabbar jaqbad it-triq prinċipali fejn il-folla kienet miġbura. L-istess filmati juru dan il-vann jibqa’ jsuq fuq in-nies għal tul ta’ tliet kantunieri.
Jabbar ħareġ mill-vettura, spara lejn il-Pulizija, iżda spiċċa inqatel bit-tiri sparati lejh.
Ix-xena kienet waħda ta’ terrur. Dawk preżenti lanqas setgħu jemmnu dak li kien għadu kif ġara. 35 persuna oħra sfaw feruti, uħud minnhom b’mod gravi. Fil-vettura, instabet bandiera tal-ISIS.
//= $special ?>