Filmat imxandar fuq profil ta’ LinkedIn juri l-mument li fih ħarbu l-passiġġieri minn fuq it-titjira tat-Turkish Airlines. Dan hekk kif il-persuni li ħarbu qabżu madwar żewġ metri u nofs, mill-bieba ta’ wara tal-ajruplan.
Sorsi qed jindikaw li dawn il-persuni qabdu u fetħu huma, meta l-ekwipaġġ kien fuq naħa oħra tal-ajruplan.
Fejn kien bdot minn ajruplan tal-EasyJet, li kien qed jistenna biex jidħol f’Runway 13, li nforma lit-torri tal-kontroll li ra xi persuni jaqbżu mill-ajruplan tat-Turkish Airlines.
Fil-ħin li ħarbu dawn l-erba’ passiġġieri, l-ajruplan kien ipparkjat f’Apron 8, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, b’dawn il-passiġġieri jagħtu s-salt u jiġru għal fuq ir-runway.
//= $special ?>