Lokali

AĠĠORNATA: Jeħilsuha ħafif wara ħabta head-on fil-limiti tas-Siġġiewi

Numru ta’ persuni ħelsuha ħafif wara ħabta head-on li seħħet tard ilbieraħ bil-lejl fil-limiti tas-Siġġiewi – inċident ikrah fil-jum tal-Ewwel tas-Sena.

Fil-post waslu membri tas-CPD, ambulanzi kif ukoll Pulizija.

L-inċident seħħ fit-triq li twassal lejn il-Girgenti.

Kelliem għall-Pulizija kkonfermalna li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.