Mara ta’ 32 sena, residenti San Pawl il-Baħar ġie kkundannata sena ħabs sospiżi għal sentejn mill-Maġistrat Gabriella Vella wara li ammettiet li serqet ammont ta’ ħwejjeġ li jlaħħaq is-somma ta’ €340 minn ħanut tad-ditta li jinsab fi Triq it-Torri tas-Sliema.
Tamar Elbakidze mill-Ġorġja wettqet is-serqa l-għada tal-Milied f’Tas-Sliema wara nżul ix-xemx. Fil-Qorti l-mara ammettiet fi stadju bikri tal-proċeduri, madankollu l-fatt li s-serqa saret wara nżul ix-xemx, ir-reat jitla’ bi grad.
Il-Qorti iżda kkunsidrat ukoll il-fatt li Elbakidze għandha kondotta nadifa. Minbarra s-sentenza sospiża hija ġiet ordnata tħallas lill-vittmi is-somma ta’ €340.43, il-valur tal-oġġetti misruqa. Dan ukoll minħabba l-ħsara li saritilhom l-oġġetti ma jistgħux jerġgħu jintużaw. Hija trid tħallashom fi żmien erbat ijiem.
//= $special ?>