Internazzjonali

Slovakkja-Ukrajna: Tensjoni wara l-qtugħ tal-pipelines tal-gass fuq id-direttiva ta’ Kiev

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Robert Fico, qal li d-deċiżjoni tal-Ukrajna biex ma tippermettix għaċ-ċirkulazzjoni tal-gass prodott mir-Russja lejn l-Istati tal-Ewropa se tweġġa ħafna akar lll-pajjiżi tal-kontinent milli l-Kremlin ta’ Vladimir Putin.

Fico hu magħruf sew għas-simpatiji ma’ Putin u kien fost l-ewwel li rreaġġixxa b’dan il-mod wara li l-Ukrajna, fil-bidu tas-sena, għalqet il-piplines għall-esportazzjoni tal-gass tar-Russi mit-territorji tagħha.

Dan meta l-Gvern fi Kiev irrifjuta li jġedded il-ftehim ta’ qabel il-gwerra mal-kumpannija tal-enerġija Gazprom kontrollata mill-Istat tar-Russja….Ftehim bejn Kiev u Moska li kien ilu effettiv għal għexieren ta’ snin.

Is-Slovakkja anki ilha l-aħħar xhur tipprova tipperswadi lill-Ukrajna biex iġġedded dan il-ftehim peress li Fico u l-Gvern tiegħu jiddependu ħafna fuq ix-xiri tal-gass irħis mingħand ir-Russja.

Il-Gvern Slovakk issa qed iwissi li l-aġir tal-Ukreni għandu jwassal għal qabża sostanzjali fil-prezzijiet tal-enerġija għalih u għall-Gvernijiet l-oħra tal-Ewropa …Sitwazzjoni li mistennija żżid sew it-tensjoni bejn Fico u l-President Ukren, Volodymyr Zelensky, fost l-iżviluppi.