Lokali

Il-Labour ma jappellax biex l-Inkjesta ta’ 17 Black tiġi ppubblikata

Fi stqarrija ta’ ftit linji, il-Partit Laburista fl-ebda ħin ma appella biex tiġi ppubblikata l-Inkjesta ta’ 17 Black u l-proċess li analizza l-iskandlu tal-power station tal-gass f’Dellimara.

Il-Labour qal li l-proċeduri legali għandhom jitħallew jieħdu l-perkors tagħhom.

Apparti minn hekk, il-Labour qed jimplika li Keith Schembri u Konrad Mizzi bħal donnhom qatt ma kienu parti mill-Gvern.

Intant, il-Professur Andrew Azzopardi stqarr illi dawk li “fdajnihom imexxulna pajjiżna serquna f’wiċċna; bla xaba’, bla skrupli, bla mistħija – mhux darba, mhux tnejn… mhux Ewro, mhux tnejn”. Miegħu ingħaqdu oħrajn illi fakkru kif il-Gvern daħħalna f’din ix-xibka ta’ skandli.