Sport

Il-viżjoni għall-futur tal-Moviment Olimpiku

Fil-messaġġ tiegħu għall-2025, il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach għamel enfasi dwar is-suċċess tal-Olimpjadi ta’ Pariġi 2024 u qasam il-viżjoni tiegħu għall-futur tal-Moviment Olimpiku, filwaqt li enfasizza l-prinċipju ta’ “Valuri l-Ewwel.”

Bach faħħar il-Logħob ta’ Pariġi bħala avveniment innovattiv, u sejħilhom “Logħob Olimpiku tassew ta’ era ġdida: l-iżgħar, l-aktar urban, l-aktar inklussiv u l-aktar Logħob Olimpiku sostenibbli li qatt sar.” Huwa enfasizza wkoll il-kisba storika tagħhom ta’ ugwaljanza sħiħa bejn is-sessi.

Minkejja t-tensjonijiet ġeopolitiċi, Bach enfasizza l-qawwa li jgħaqqad il-Logħob, li ġabar flimkien atleti minn 206 kumitati membri tal-IOC u t-Tim Olimpiku tar-Refuġjati tal-IOC .

Bach għamel riferenza għal kuncett ta’ solidarjetà u tal-valuri Olimpici flimkien mad-dinjità tal-bniedem u paċi fid-dinja.

Dan kien l-aħħar diskors tal-ewwel tas-sena ta’ Thomas Bach bħala President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u fl-istess waqt irringrazzja lil kull min ħadem għall-valuri Olimpiċi.

Huwa rrefera wkoll għal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa ta’ Milano Cortina tal-2026, l- Olimpjadi taż-Żgħażagħ ta’ Dakar tal-2026, l- Olimpjadi ta’ Los Angeles tal-2028, u l-Logħob Olimpiku inawgurali tal-Esports fl-Arabja Sawdija.