Purcissjoni bix-xbiegha ta’ Ġesù Bambin illi saret nhar l-Ewwel tas-Sena fi Sqallija spiċċat inbidlet f’diżordni u kommossjoni.
Il-każ seħħ fil-belt ta’ Paternò, li hija popolari ferm anke mal-Maltin f’dan iż-żmien tas-sena.
Is-sitwazzjoni żviluppat waqt li l-bambin kien qed jiddaħħal lura fil-Knisja meta f’ħin minnhom grupp ta’ barranin instemgħu isaffru u jgħajjtu.
Għalkemm jirriżulta li l-għajat kien għall-fatt li beda jinħaraq logħob tan-nar nies tal-lokal ħaduha bħala offiża lejn dak il-mument sagru tal-purċissjoni. Bil-kappillan jispiċċa jdaħħal bil-għaġla din il-purċissjoni lura fil-Knisja.
Rapporti fil-media Taljana qed jgħidu li l-barranin kienu fis-sakra.
Wara dan l-episodju kemmxejn mhux tas-soltu, is-Sindku ta’ Paternò insista li hemm bżonn aktar infurżar kontra l-abbużi ta’ xorb żejjed.
//= $special ?>