Lokali

“L-istat għandu jieħu passi sabiex din ma tirrepetix ruħha” – Alison Bezzina

L-irwol tal-Kummissarju tal-annimali ma jidħolx f’dan il-punt tas-sitwazzjoni; għaliex il-Kummissarju tintervjeni jekk l-awtoritajiet ma jieħdux il-passi neċċessarji.

Hekk iddikjarat Alison Bezzina, il-Kummissarju ghall Harsien tal-Annimali, b’refernenza għall-każ taż-żewġ iljuni u patnera li nstabu f’kundizzjonijiet ħżiena fin-Naxxar.

Bezzina spjegat li bħala Kummissarju qed tistenna l-pass li jmiss, iżda wkoll li l-Istat issa jara l-istampa kollha f’każ ta’ annimali kbar bħal dawn – sabiex mhux biss jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ dan it-tip, imma anke tiġi evitata xi traġedja li jista’ jkun iseħħ ġalaldarba jaħrab xi annimal eżotiku.

Jidher li sa issa, d-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji ħa l-passi li seta’ iżda qed tistenna l-passi li se jkunu qed jittieħdu fil-jiem li ġejjin.

Bil-Kummissarju tispjega li l-passi immedjati li għandhom jittieħdu huwa li l-ewwel jinstab is-sid ta’ dawn l-annimali mbagħad jitħarrek skont ma tippermetti l-liġi, filwaqt li tenniet li l-Istat huwa obligat li jsib post adekwat għalihom.