L-aġenti għall-infurzar tal-liġi qed jippruvaw isibu t-tweġibiet għall-isplużjoni, jiem ilu, ta’ vettura tat-Tesla barra t-Trump International Hotel f’Las Vegas, fl-Istat ta’ Nevada.
Indarbu talanqas għaxra fl-isplużjoni li seħħet wara li suldat Amerikan, identifikat bħala Matthew Alan Livelsberger, kera s-Cybertruck u saqu minn Kolorado lejn Las Vegas fejn ipparkja l-vettura quddiem il-lukanda.
Ħadd ma kien jaf ir-raġuni għalfejn Livelsberger kera l-karozza – u jekk hu, fil-fatt, xtaqx jesprimi forma ta’ protesta qabel Donald Trump jassumi uffiċjalment il-Presidenza fl-20 ta’ Jannar.
Il-katavru ta’ Livelsberger instab fil-vettura maħruqa u fejn l-ewwel investigazzjonijiet żvelaw li hu kien spara għalih innifsu. Fil-vettura nstabu anki ċ-ċilindri tal-fuel u diversi murtali tal-logħob tan-nar.
Intant, l-awtoritjiet mhuma qed jeskludu l-ebda possibbiltà f’dan il-każ misterjuż, għalkemm il-pulizija ma sabux il-provi li jindikaw xi twemmin politiku speċifiku tas-suldat. Fl-istess ħin, il-pulizija qed jinvestigaw jekk l-inċident kienx marbut mal-fatt li l-lukanda hi proprjetà ta’ Trump; il-President-elett tal-Amerikani.
//= $special ?>