Id-darbtejn champion Olimpika Beatrice Chebet għalqet sena mill-aqwa meta kissret ir-rekord dinji tan-nisa tal-5,000 metru fil-kompetizzjoni fit-triq ta’ Cursa dels Nassos, f’Barċellona.
Il-Kenjana ta’ 24 sena temmet it-tellieqa fi 13-il minuta u 54 sekonda biex saret l-ewwel mara li kisret il-barriera ta’ 14-il minuta f’avveniment internazzjonali.
Chebet, li rebħet il-midalji tad-deheb fil-5,000 metru u 10,000 metru fl-Olimpjadi ta’ Pariġi fl-2024, għelbet il-ħin preċedenti tagħha – stabbilit sena ilu fl-istess tellieqa – b’19-il sekonda.
L-għan tagħha għall-2025 huwa li tirbaħ il-midalji tad-deheb fil-5000 metru u 10,000 metru fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika f’Tokjo.
Flimkien mas-suċċess Olimpiku tagħha fl-2024, hija kisret ukoll ir-rekord dinji tal-10,000 metru f’Eugene f’Mejju 2024, qabel ma kisbet it-tieni titlu tagħha fid-Diamond League fil-5,000 metru f’Settembru.
//= $special ?>