Lokali

TWISSIJA LIL ABELA: “Se nkunu qed insegwu mill-qrib il-passi li jmiss u naraw li ssir ġustizzja”

Fi stqarrija, l-għaqda Repubblika fakkret illi kienet Daphne Caruana Galizia li kixfet is-soċjetà sigrieta 17 Black u l-ħmieġ tagħha. Insellmu lil Daphne li ħallset b’ħajjitha għall-impenn tagħha kontra l-korruzzjoni li qed tifni lil Malta.

Irridu nuru l-apprezzament tagħna lil dawk li ssieltu biex saret din l-inkjesta partikolarment lil Simon Busuttil, David Casa u Jason Azzopardi. 

Nieħdu din l-okkażjoni biex inwissu lill-Prim Ministru Robert Abela li se nirreżistu kull tentattiv li se jagħmel biex ineħħi d-dritt tagħna ċ-ċittadini li nitolbu inkjesta maġisterjali fejn naraw il-ħmieġ. Mingħajr dan id-dritt, ma kienet issir l-ebda inkjesta bħal din.

Ser inkunu qed insegwu mill-qrib il-passi li jmiss u naraw li ssir ġustizzja.