Fouad el Sellah ta’ 26 sena u Mohamed Lazaar ta’ 43 sena huma ż-żewġ Marokkini mfittxija mill-Awtoritajiet Maltin wara li dawn kienu flimkien ma’ tnejn oħra li ħarbu mill-mitjar Malti wara li qabżu minn ajruplan.
Id-dettalji ġew żvelati 48 siegħa wara li dawn irnexxielhom jaħarbu lill-uffiċjali li skont l-MIA kienu fil-post – u sa issa għad m’għandna ebda informazzjoni dwar għalxiex kienu qed jivvjaġġaw lejn il-Marokk…u għalfejn dawn ħarbu mill-ajruplan – minkejja li tnejn minnhom inqabdu u saħansitra diġà ġew deportati.
Dan minkejja li x-Xandir tal-Istat qed jirrapporta li sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija żvelaw li dawn kienu flimkien ma’ grupp ta’ 20 persuna li kienu qed jiġu deportati mit-Turkija lejn il-Marokk.
Il-kmandant tal-AFM ma jridx jikkumenta dwar dwar il-ħarba tal-Marokkini
Il-Brigadier Clinton J O’Neill, kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta ma jridx jagħti kummenti dwar il-fatt li 4 Marokkini ħarbu minn ajruplan fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta – bi tnejn minnhom għadhom qed jiġu mfittxija.
Aktar minn 48 siegħa wara u żewġt irġiel Marokkini għadhom maħrubin wara li qabzu minn ajruplan tat-Turkish Airlines fl-ewwel tas-sena.
Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta spjegaw li wara li saru l-arranġament biex dan l-ajruplan jagħmel inżul ta’ emerġenza skont ma’ jitlob il-protokoll – mal-inżul tiegħu minnufih skattaw l-arranġamenti stipulati.
Dan ifisser li waqt li kien hemm il-preżenta tal-AFM fil-post, infetħet bieba waħda bis tal-ajruplan.
L-MIA spjegaw li waqt li l-membri tal-AFM kienu stazzjonati mat-taraġ fuq in-naħa ta’ quddiem tal-ajruplan – 4 passiġġieri qabżu mill-bieba ta’ wara tal-ajruplan u saħansitra evadew is-suldati tal-AFM li kienu stazzjonati ħdejn l-ajruplan – bl-4 persuni jirnexxielhom jaqbżu saħansitra l-ilqugħ tal-ħadid madwar il-mitjar.
Net News staqsa lil Brigadier O’Neill għal kummenti tiegħu hekk kif s’issa l-Armata flimkien mal-Gvern għadhom ma’ qalu assolutament xejn – madanakollu huwa insista li ma riedx jagħti kummenti.
Filwaqt li l-Pulizija ħabbret li arrestat tnejn mill-4 maħrubin u ddeportawhom – spjegaw ukoll li l-Marokkin li għamilha ta’ bir-ruħu li kien ma jiflaħx biex ġiegħel l-ajruplan jagħmel inżul ta’ emerġenza f’pajjiżna ġie arrestat u mistenni jkun deportat ukoll.
//= $special ?>