l-helpline 138, li ġiet imnedija sabiex il-pubbliku jkun jista’ jirraporta u jesprimi t-tħassib tiegħu fuq siti ta’ kostruzzjoni diġa’ irċieva madwar 14,500 telefonata, li tiġi medja ta’ kważi 100 telefonata kuljum.
L-aktar ġimgħa impjenattiva kienet bejn il-25 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċmebru, fejn ġew irrapurtati mal-1,100 telefonata, filwaqt li fil-ġimgħa bejn l-23 ta’ Diċembru u id-29 ta’ Diċembru kien hemm mal-216-il telefonata.
Dawn iċ-ċfiri ngħataw mill-kampanja ta’ għarfien dwar il-helpline 138 li saret mill-BCA u l-OHSA fil-komunitajiet.
Iżda minkejja l-ħafna pompi b’rabta ma’ dan is-servizz, persuni li tkellmu ma’ Net News qalu kif dan is-servizz ma jagħtikx l-għajnuna professjonali li teħtieġ, tant li qisu lill-BCA bħala entità b’nuqqas ta’ azzjonijiet.
Fil-fatt, ħafna minn dawn l-ilmenti qalu kif din l-iskema tal-BCA mhix tħalli l-effett mixtieq. Dan hekk kif dawk li talbu l-assistenza tal-BCA sabu li l-għajnuna li toffri l-BCA tasal wisq tard tant li xogħol meqjus bħala illegali jilħaq jitlesta.
U dan qed iwassal għal spejjeż kbar għal persuni terzi li suppost jinsabu siguri u għall-kwiet fi djarhom stess; iżda minflok qed jispiċċaw tilgħin u niżlin il-Qorti bi spejjeż li jlaħħqu l-eluf ta’ ewro.
//= $special ?>