Il-Partit Nazzjonalista jirreferi għall-istqarrija ppubblikata ftit tal-ħin ilu mill-Partit Laburista, u jisfida lil Robert Abela biex pubblikament jiddikjara li jaqbel li l-Inkjesta Maġisterjali dwar 17 Black u l-Panama Papers għandha tiġi ppubblikata minnufih.
Fi stqarrija, il-Labour qal li “Addio rule of law. Għax iddisprati għall-poter, il-fazzjoni estremista tal-PN tilfet rasha”, bil-Partit Nazzjonalista jisħaq li Abela għandu jieħu pożizzjoni dwar it-tlestija tal-Inkjesta 17 Black.
Jekk il-Partit Laburista m’għandu xejn x’jaħbi, għalfejn għadu s’issa ma ddikjarax pubblikament li l-Inkjesta dwar 17 Black u l-Panama Papers għandha tiġi ppubblikata mingħajr aktar dewmien?
//= $special ?>