Internazzjonali

Tmut l-ixjaħ persuna fid-dinja fl-età ta’ 116-il sena

Tomiko Itooka, l-ixjaħ persuna fid-dinja mietet fl-età ta’ 116 sena fid-29 ta’ Diċembru tal-2024, fil-belt ta’ Ashiya, fil-Ġappun.

Itooka twieldet fit-23 ta’ Mejju tal-1908 f’Osaka fil-Ġappun, fejn kienet meqjusa bħala l-ikbar persuna fid-dinja wara l-mewta ta’ Maria Branyas f’Awwissu li għadda fl-età ta’ 117-il sena.

Itooka żżewġet meta kellha 20 sena u kellha żewġt ibniet, kif ukoll żewġ subien. Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, hija kienet tmexxi uffiċċju ta’ fabbrika li kienet tipproduċi t-tessuti.

Matul iż-żgħożija tagħha hi kienet ukoll tilgħab il-volleyball u kienet ferm attiva fl-isport.

Intant, matul ħajjitha Itooka għexet żewġ gwerrer kif ukoll żewġ pandemiji.