Il-President-Elett Donald Trump, se jkun qed jiffaċċja sentenza mill-Qorti fl-10 ta’ Jannar, propju ġimagħtejn biss qabel ma jieħu l-ġurament tiegħu bħala President.
Il-Maġistrat Juan Merchan indika li mhux se jkun qed jagħti sentenza ta’ ħabs, probation jew multa … imma minflok se jkun qed qed itiħ ‘unconditional discharge’. Dan filwaqt li Trump jista’ jagħżel jekk jattendix għas-smiegħ tas-sentenza fiżikament jew b’mod virtwali.
Aktar kmieni, Trump kien indika li se juża’ l-poter tiegħu bħala president biex jannulla l-kawża. Waqt li fuq il-media soċjali tiegħu kien kiteb li din il-kawża ma hija xejn ħlief attakk politiku bla bażi.
Lura f’Mejju Trump kien qed jaffaċċja 34 kawża relatati ma’ pagament ta’ 130,000 dollaru li kien ingħata lil attriċi Stormy Daniels.
Donald Trump dejjem ċaħad dawn l-akkużi tant li fil-Qorti wieġeb li mhux ħati, filwaqt li baqa’ jallega li dan kien każ ta’ attentat biex jagħmel il-ħsara fil-kampanja presidenzjali tiegħu tal-2024.
Is-sentenza tal-Qorti kienet ippjanata li tinstema’ oriġinarjament fis-26 ta’ Novembru, però l-Imħallef iddeċieda li jipposponi s-sentenza tal-Qorti minħabba r-rebħa presidenzjali ta’ Donald Trump.
//= $special ?>