Żagħżugħ ittieħed l-Isptar għall-kura wara li seħħet ħabta bejn karozza u żewġ muturi fi Triq l-Aħrax tal-Mellieħa għall-ħabta tal-3:51 pm.
Il-Pulizija ġew mgħarrfa li seħħ inċident bejn Renault Captur misjuqa minn mara ta’ 42 sena minn Marsaskala, mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Mellieħa, u mutur ieħor misjuq minn żagħżugħ Ingliż ta’ 20 sena residenti l-Mellieħa.
Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu. Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ttieħed l-Isptar għall-kura, bil-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti. Iż-żewġ persuni l-oħra nvoluti ma sofrew mill-ebda ġrieħi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.
//= $special ?>