Investigazzjoni Ġermaniża żvelat l-eżistenza ta’ group chats fuq Telegram, li fihom aktar minn 70,000 membru fuq din l-pjattaforma ddiskutew u ssuġġerixxew kif għandek tistupra u twettaq vjolenza sesswali fuq in-nisa.
Dawn il-persuni anonimi, li ħafna drabi jiktbu dawn il-messaġġi bl-Ingliż, ġibdu ħafna segwatiċi minn pajjiżi differenti, fejn saħansitra wħud minnhom qasmu l-esperjenzi personali tagħhom kif ukoll xerrdu filmati ta’ reati sesswali.
Is-sit Ġermaniż ARD flimkien ma’ grupp investigattiv sabu li dawn il-group chats qed jaqsmu kontenut espliċitu li jippromwovi l-vjolenza sesswali. Jirriżulta ukoll li ħafna minn dawn il-persuni anonimi jkunu qed jattakkaw lin-nisa, anke nklużi n-nisa tagħhom stess, kif ukoll lil ħuthom u l-ommijiet tagħhom.
//= $special ?>