Sport Sport Ieħor

15-il atleta Maltin li għalihom is-sena 2024 kienet ta’ suċċess

Neil Camenzuli

Minkejja li bdejna s-Sena 2025, is-suċċessi kbar li l-Atleti Maltin kisbu matul is-Sena 2024 għadhom friski f’moħħna. F’din il-lista mhux ordini kronoloġika, se nsemmu biss ftit mill-mijiet ta’ atleti li kellhom sena ta’ suċċess, minn kull tip ta’ sport, kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna.

1. Janet Richard, Atletika

L-atleta ta’ 26 sena Janet Richard kella sena memorabbli, hekk kif ħadet il-ħames unur tal-aqwa atleta mara magħżula minn Athletics Malta. F’staġun impressjonanti Richard irrapreżentat lil Malta fil-European Championships f’Ruma, fejn ġriet 800 metru fil-ħin ta’ 2 minuti, 4 sekondi 34 millisekonda.

Barra minnhekk Richard anke rnexxielha tirbaħ il-midalja tal-fidda fl-Athletics Chammpionships tal-pajjiżi żgħar tal-Ewropa fil-Ġibiltà, f’Ġunju li għadda. Richard għamlet dan fit-tiġrija tal-400 metru. L-atleta kienet ukoll parti mit-tim tan-nisa tar-relay li rebaħ id-deheb fl-istess avveniment.

2. Matthew Guillaumier, Futbol

L-eks midfielder ta’ Ħamrun Spartnas qieghed ikollu staġun mill-aqwa barra minn pajjiżna, fl-ogħla diviżjoni tal-Polonja. Guillaumier ingħaqad ma’ Stal Mielec fl-Ekstraklasa fl-2023, fejn s’issa għamel 54 preżenza fil-kompetizzjonijiet kollha, b’18 minnhom jiġu dan l-istaġun.

Barra minnhekk Guillaumier kien ukoll fundamentali fir-rebħ li kisbu t-tim Nazzjonali Malti kontra l-Andorra u l-Moldova f’League D tal-UEFA Nations League, bil-plejer jilagħab 90 minuta u jkun magħżul bħala l-captain tat-team għaż-żewġ logħbiet.

3. Beppe Grillo, Atletika

L-atleta ta’ 21 sena kien wieħed mill-Atletli li rrapreżenta lil pajjiżna fl-Olimpjadi f’Pariġi dan is-sajf. Din is-sena Grillo sar iċ-champion nazzjonali tal-100 u 200 metru, kif ukoll iżomm ir-rekord nazzjonali tal-100m.

F’Pariġi Grillo rnexxielu jtemm fil-ħames post fil-100m Heat 6. Is-sena 2024 kompliet tkun ta’ suċċess hekk kif fil-GSSE huwa rebaħ id-deheb fil04x100m Relay u l-Bronż fil-100m

4. Ayrton Jon Tonna, Motorsport

Ayrton Jon Tonna minkejja li kien fost l-iżgħar sewwieqa fil-kampjonat nazzjonali tal-Karting, irnexxielhu jirbaħ l-ewwel tellieqa tiegħu kontra kompetizzjoni denja. Il-kapaċità tiegħu kompliet tispikka anke fil-ACI Coppa Italia fejn irnexxielhu jikseb 8 postijiet fuq il-podju, b’tlieta minnhom ikunu fl-ewwel post.

Fl-istaġun tad-debutt tiegħu, huwa ġie nkurunat bħala ċ-champion tal-kampjonat Sqalli fil-kategorija ta’ taħt l-10 snin.

5. Nicholas Muscat , Bowling

Minkejja l-bosta problemi li affaċjaw il-bowlers din is-sena, Nicholas Muscat kompla jimpressjona anke fuq livelli Internazzjonali.

Muscat irnexxielu jirbaħ il-fidda fil-Kampjonat Mediterranji tal-Bowling fis-singles, filwaqt li għal darb’oħra temm fit-tieni post fl-istess kompetizzjoni din id-darba fid-doubles.

6. Neil Agius, Għawm

Ma tistax ma ssemmiex dak li possibilment huwa l-ikbar suċċess fl-isport lokali għas-sena 2024, hekk kif l-għawwiem Neil Agius kiser ir-rekord Dinji tal-itwal għawma kontinwa madwar Malta u Għawdex, f’distanza total ta’ madwar 140km li ħadet 60 siegħa biex titlesta.

Agius kien milqugħ lura minn folla nies fit-23 ta’ Settembru hekk kif kiser ir-rekord Dinji.

7. Tenishia Thornton, Weightlifting

Tenishia hija atleta li ilna nisimgħu biha snin, u s-sena 2024 kienet waħda speċjali għaliha hekk kif saret iċ-champion tal-Unjoni Ewropea għall-atleti taħt l-20 sena fil-Weightlifting, fejn l-aqwa lift tagħha kienet ta’ 87kg.

Barra minn hekk, Thornton saret anke ċ-champion il-ġdid tal-Ewropa meta rebħet il-Kampjonat Ewropew, hekk kif ħasdet lill-kullħadd meta refgħet 112kg.

8. Teddy Teuma, Futbol

It-tieni plejer tal-futbol f’din il-lista huwa dak li ħafna jikkunsidraw bħala l-iżjed wieħed importanti għat-tim Nazzjonali. Teuma beda dan l-istaġun tajjeb hekk kif fl-ewwel għaxar partiti tiegħu ma’ Stade Reims fl-ogħla diviżjoni ta’ Franza, huwa diġa sab ix-xibka.

Teuma, bħal Guillaumier kien ukoll involut fis-suċċessi riċenti tat-tim Nazzjonali Malti.

9. Jodi Jones, Futbol

Jones li bħalissa jinsab imweġġa, kellu sena memorabbli hekk kif mhux biss rebaħ l-unur tal-PFA League 2 Player of the Year fl-Ingilterra, madankollu kien ukoll l-iktar plejer li pprovda assists fl-aħjar 4 kampjonat tal-Ingilterra, b’total ta’ 26 assist.

Dan l-istaġun ma’ Notts Country huwa lagħab 9 partiti, skorja 4 gowls u pprovda żewġ asssists.

10. Kayden Lagana, Bowling

Simili għas-sitwazzjoni ta’ Muscat, Lagana rnexxielu jikseb suċċessi kbar, hekk kif fil-kategorija tas-singles fil-Kampjonat Mediterranji tal-Bowling huwa rebaħ id-deheb.

Did-doubles Lagana u Muscat rebħu l-fidda flimkien

11. Katryna Esposito, Judo

Il-Judoka Katryna Esposito kienet waħda mill-atleti li rrapreżentat lil Maltin f’Pariġi, mhux talli hekk talli kella unur kbir li ġġor il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-għeluq, dakinhar li għalqet snina.

Minkejja li tilfet il-konfront tagħha kontra ċ-champion tad-dinja Bavuudorjin Baasankhuu, Esposito kella prestazzjoni qalbiena, fejn saħansitra anke esperti ta’ barra kkumentaw fuq il-qlubija tal-Maltija

12. Antonio Flores, Paralympics Atletika

Antonio Flores kien wieħed mill-atleti li rrappreżenta lil Malta fil-Para-Olimpjadi hekk kif kiseb l-aqwa riżultat tal-istaġun tiegħu propju f’Pariġi fil-100m T64, bil-ħin ta’ 13.07.

13. Alec Fenech, Waterpolo

Iż-żagħżugħ Alec Fenech lagħab parti kbira fis-suċċess tal-Maltin fil-kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena fejn skorja 5 gowls fir-rebħa tal-Maltin kontra l-Bulgarija, kif ukoll skorja 4 gowls oħra kontra l-Polonja.

14. Danika Galea, Basketball

Danika Galea hija waħda mill-iktar plejers li tat kontribut lit-tim Nazzjonali tal-Basketball. Is-sena 2024 kienet ta’ suċċess kbir għal Galea li telqet tilagħab l-Istati Unit għall-erba’ snin, fejn hemm fost l-aqwa plejers fid-dinja fl-isport.

15. Rodney Gatt, Tiġrijiet taż-Żwiemel

Rodney Gatt u ż-żiemel tiegħu Velvet Gio rebaħ il-Grand Finali tal-kategorija Premier u Deheb, biex Rodney Gatt rebaħ it-tieni unur fil-Grand Finals. Gatt rebaħ numru ta’ finali din is-sena, u għal sena oħra kien l-aħjar sewwieq tas-sena.