Fl-aħħar jiem il-Pulizija sabet 28 persuna li qed jgħixu b’mod irregolari f’pajjiżna.
Il-Pulizija mexxiet spezzjonijiet koordinati mal-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni, fejn permezz ta’ din il-ħidma nstabu 28 persuna mis-Sirja, in-Niġerja, il-Ghana, il-Libja, l-Indja u mill-Mali, li kienu qed jgħixu b’mod irregolari f’Malta.
Dawn il-persuni nqabdu wara spezzjonijiet fl-akwati tal-monti tal-Furjana, kumpless tax-xiri fil-viċin tal-Park and Ride f’Ħal Qormi, flimkien ma’ residenzi fil-Ħamrun, San Ġwann, il-Mosta u anke Birkirkara.
Dawn il-persuni kollha qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni sabiex jitlesta l-proċess tar-ritorn tagħhom lejn pajjiżhom.
//= $special ?>