Manchester United u Liverpool temmew fi draw ta’ 2-2 f’Anfield, bir-Reds jevitaw it-telfa għal darb’oħra.
Ir-Red Devils batew biex jattakkaw fl-ewwel taqsima, madankollu l-plejers ta’ Amorim ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima, tant kemm hu hekk li Lisandro Martinez, li kien qiegħed jilagħab f’pożizzjoni iktar flessibbli u avvanzata, ilum sab ix-xibka fit-52 minuta b’xutt b’saħħtu mill-assist brillanti ta’ Fernandes.
It-tim ta’ Slot jirrispondi tajjeb ħafna 7 minuti wara permezz ta’ Cody Gakpo li qabeż tajjeb lil De Ligt u xeħet fl-għoli mill-assist ta’ Mac Allister, qabel Salah jagħti l-vantaġġ lil Liverpool fis-70 minuta meta kkonverta l-penalty tiegħu li wasal minn handsball tal-istess De Ligt.
Manchester United urew reżiljenza enormi biex għamlu l-iskor indaqs, din id-darba l-istilla Amad Diallo b’xutt tajjeb fil-baxx jegħleb lil Alisson fit-80 minuta.
Manchester United ikollhom ċans tad-deheb fis-97 minuta meta Zirkzee jaħrab bil-ballun fil-kaxxa u jilgħab lejn Maguire fin-nofs, bl-internazzjonali Ingliż ma jirnexxilux iżomm il-ballun fil-baxx u jispara għoli.
Ipswich Town ġew imċaħħda minn tliet punti hekk kif sofrew penalty fl-aħħar minuti biex temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Fulham.
Szmodics skorja l-unika gowl mhux penalty fis-36 minuta hekk kif Ipswich jieħdu l-vantaġġ momentarju.
Raul Jimenez jikkonverti l-ewwel penalty fid-69 minuta, qabel Liam Delap jerġa’ jagħti l-vantaġġ fil-71 minuta b’penalty ieħor, li rebaħ hu.
Raul Jimenez jikkonverti t-tieni penalty personali fil-91 minuta.
//= $special ?>