Ħamrun Spartans kisbu rebħa fenominali hekk kif għelbu lil Marsaxlokk 6-1, fl-ewwel partita tagħhom fit-tieni rawnd.
Raphael Lopes Silva kellu partita tajba ħafna hekk kif skorja hat trick personali.
Masaxlokk bdew fuq nota tajba hekk kif il-partita dehret ha tkun dominata mix-Xlukkajri fl-ewwel għoxrin minuta logħob, tant kemm hu hekk li fetħu l-iskor preċiżament fl-20 minuta permezz ta’ De Aguiar.
Raphael Lopes skorja l-ewwel gowl personali u l-gowl tad-draw sitt minuti wara minn assist ta’ Barboza, li qed ikollu staġun tajjeb ħafna.
L-ispartans jagħmlu l-iskor 2-1 permezz ta’ Lopes li għeleb lil Drobnjak b’xutt tajjeb wara li rċieva l-ballun daru lejn il-goalkeeper. Lopes għaqqad il-hat trick fit-53 minuta meta xeħet viċin minn kontrattakk veloċi ta’ Montebello.
Fid-69 minuta kien imiss Talison Luis Barboza li jsib ix-xibka wara li kkreja l-ewwel gowl tal-partita. Il-ħames gow jasal minn Ederson Bruno fit-83 minuta, qabel Luke Montebelo jżid mal-iskor fid-89 minuta.
Ħamrun Spartans jiċċelebraw wieħed mis-sitt gowls (Ritratt: Joseph Galea)
Fuq – Raphael Lopes Silva protagonista b’hat trick
Isfel – Ryan Camenzuli bil-pussess tal-ballun fuq in-naħa tax-xellug
//= $special ?>