Futbol Sport

Roma jirbħu d-Derby della Capitale kontra Lazio

(Ritratt: EPA)

Cagliari rregistraw ir-raba’ rebħa staġjonali u kisbu tliet punti importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni, meta għelbu lil Monza 2-1.

Monza marru fil-vnataġġ kmieni, hekk kif Gianluca Caprari kkonverta l-penalty tiegħu wara biss 6 minuti logħob.

Id-difensur laterali Nadir Zorta skorja gowl mill-isbaħ għad-draw fit-22 minuta, segwit minn gowl tal-attakkant Roberto Piccoli fis-57 minuta li jagħti l-vantaġġ ta’ 2-1 lit-tim minn Sardegna

L-isfortuna għal Monza tkompli tikber hekk kif 6 minuti wara li kkonċedew it-tieni gowl tkeċċa d-difensur veteran Danilo D’Ambrosio.

Il-partita bejn Lecce u Genoa ntemmet fi draw ta’ bla gowls, biex b’hekk Lecce jibqgħu mweħħlin fit-18-il post hekk kif lagħbu d-19-il partita tal-kampjonat, preċiżament f’nofs l-istaġun.

Skor identiku bejn Torino u Parma fit-tielet partita tal-ġurnata. Riżultat li ma jbiddel prattikament xejn hekk kif Torino jokkupaw il-11-il post wara 19-il partita b’total ta’ 21 punt, filwaqt li Parma jokkupaw l-14-il post b’19-il punt.

Fl-iktar partita mistennija tal-ġurnata, id-Derby della Capitale, Roma ħarġu rebbieħa 2-0 kontra Lazio.
Roma ħadu l-vantaġġ wara biss 10 minuti logħob permezz tal-captain Lorenzo Pellegrini li sab ix-xibka b’gowl mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa.

Il-Giallorossi rdoppjaw l-iskor 8 minuti wara Alexis Saelemakers li kkonkluda l-azzjoni fantastika ta’ Dybala u Dobvyk b’xutt tajjeb.

Rebħa tajba għal Roma kontra r-rivali f’dak li jista’ jkun ta’ mument li jbiddel l-istaġun deludenti ta’ Roma s’issa.

SERIE A
Is-Sibt
Venezia v Empoli 1-1
Fiorentina v Napoli 0-3
Hellas Verona v Udinese 0-0
Illum
Monza v Cagliari 1-2
Lecce v Genoa 0-0
Torino v Pamra 0-0
Roma v Lazio 2-0