Lokali

Is-Slaten Maġi jaslu f’Bethlehem f’Għajnsielem

Kmieni l-Ħadd filgħodu, it-tliet Slaten Maġi li kienu fi triqithom lejn Betleħem f’Għajnsielem żaru l-Pjazza tal-Mellieħa fejn hemmhekk intlaqgħu minn folla kbira ta’ nies – dan hekk kif issa saret tradizzjoni li qabel il-Festa tal-Epifanija, dawn il-maġi jżuru diversi lokalitajiet anke f’Malta.

Fil-fatt, din il-ġimgħa, il-maġi żaru wkoll il-Palazz ta’ Sant’Anton fejn ippreżentaw ir-rigali quddiem il-maxtura tal-Bambin, fil-presepju li kien hemm armat fil-bitħa tal-palazz.

Imbgħad, il-Ħadd, il-maġi żaru wkoll lir-residenti fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa.

Mal-wasla f’Għawdex, is-Slaten Maġi żaru wkoll id-Dar tal-Anzjani ta’ San Ġużepp u Dar Arka, kif ukoll il-Knisja Parrokkjali ta’ Għajnsielem…. qabel id-daħla f’Betleħem f’Għajnsielem.

Dan wassal għall-għeluq tal-ħmistax-il edizzjoni ta’ din l-attivita li għal darb’oħra attirat eluf ta’ viżitaturi lejn Għajnsielem.