Fuq il-gazzetta ‘it-Torċa’ l-ex Editur tal-gazzetta ‘l-Orizzont’ Frans Ghirxi stqarr li fuq il-programm ta’ Manwel Micallef, fuq ir-radju tal-Partit Laburista, kien hemm sentiment ta’ “rabja” min naħa ta’ dawk il-Laburisti imweġġa’ li ċemplu u semmgħu leħinhom fuq il-programm.
Ghirxi sostna li dawn in-nies stqarrew li “m’hemmx min jismgħahom” u kif “il-bibien tagħhom jitħabtu biss meta toqrob l-elezzjoni”.
Hu staqtsa wkoll l-għaliex ċertu nies qed jitħallew jagħmlu l-ħsara, b’riżultat li qed Idaħħlu fil-ħajt lil Partit Laburista.
Ghirxi għalaq b’mistoqsija indirizzata lil Partit Laburista dwar jekk tagħllimx mill-elezzjonijiet ta’ Ġunju li għadda – elezzjoni li fiha l-Partit Laburista ġab l-agħar riżultat elettorali għal dawn l-aħħar snin.
