Lokali

“Miljuni kbar li intremew setgħu jiġu investiti fis-saħħa” – Editorjal tal-‘MaltaToday’

“Il-miljuni ta’ ewro li intefqu fuq deals korrotti u li ma taw xejn lil pajjjiżna, setgħu jiġu investiti sabiex is-settur tas-saħħa ma jikkrollax”

Dan kien is-sentiment espress fl-editorjal tal-gazzetta MaltaToday – wara kriżijiet kbar fis-swali, waiting lists twal u sptar li mhux ilaħħaq mad-domanda.

L-editorjal spjega kif l-listi twal ta’ nies li qed jistennew operazzjoni jew servizzi mediċi oħra qed jitfgħu dejjem aktar pressjoni kbira fuq l-Isptar Mater Dei – b’riżultat li hemm min ilu jistenna għal operazzjoni għal aktar minn sentejn.

L-editur sostna wkoll kif ċertu mistoqsijiet dejjem qed iqumu minn dawk li mhux jinqdew kif jixraq mill-Isptarijiet tagħna – dubji serji dwar il-miljuni moħlija fuq deals korrotti minflok fuq investiment kif jixraq.

Bil-MaltaToday tidħaq ukoll dwar il-fatt illi il-Gvern ma ħasibx kif ser jakkomoda għaż-żieda enormi fil-popolazzjoni; żieda li kkontribwixxa għaliha l-Labour stess.

Min naħa l-oħra l-editorjal tefa’ wkoll dawl fuq il-fatt li filwaqt li għandna sptar jibki għall-investiment u letturi fl-MCAST li ilhom jitolbu għal pagi xierqa – ftit jiem ilu sirna nafu kif l-eks Ministru Laburista Justyne Caruana qed titħallas mat-€78,000 għal xogħol ta’ konsulenza mal-Ministeru tal-Finanzi.

L-editorjal għalaq billi saħaq illi il-Gvern issa beda jitkellem fuq il-kwalià tal-ħajja – però jidher li din il-kwalità, b’mod speċjali fis-settur tas-saħħa, hi totalment ineżistenti. Tant li l-iżbalji tal-Gvern Laburista qed ibatuhom il-Maltin u l-Għawdxin.