Għal sena oħra se tirritorna Festa Ċitru fil-ġonna tal-Palazz ta’ Sant’ Anton, fejn familji, anzjani u turisiti se jkunu jistgħu jgawdu minn ċitru frisk u bnin kif ukoll minn mużika varjata – avveniment li se jsir nħar il-Ħadd 12 ta’ Jannar.
Dettalji b’rabta ma din l-edizzjoni ta’ Festa Ċitru ħarġu waqt attività ta’ qtugħ ta’ lumi u larinġ minn diversi tfal….fejn kien hemm preżenti l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.
Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono spjegat li “l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Festa Ċitru se tkun iktar varjata mis-soltu.”
Il-President kompliet tgħid li f’din l-edizzjni se jkun hemm “divertiment, għana u ikel tradizzjonali kif ukoll prodotti artiġjanali.” Barra minn hekk, f’din l-edizzjoni ta’ Festa Ċitru se jkun hemm preżenti numru ta’ kantanti, fosthom Fabrizio Faniello, Glenn Vella, u gruppi tal-għana akkumpanjati minn Jomike u Lydon.
Il-qofol tal-attivitajiet se jkunu fil-Bitħa tal-Palazz ta’ Sant’ Anton, li s-soltu ma tkunx miftuħa għall-pubbliku.
L-attivita tibda mid-9 ta’ filgħodu sa tard waranofsinhar….u d-dhul kollu se jmur b’risq il-Malta Community Chest Fund.
//= $special ?>