Birkirkara……………..5
Balzan…………………..2
Birkirkara: G, Volpe, I. Morello, A. Sandona, S. Dimech (S. Magri 89′), P. Mbong (N. Micallef 46′), A. Satariano, L. Lacunza, A. Coppola, N. Cross (Y. Gnamien 46′), M. Maia (K. Fenech 90′), Lecao (H. Lanton 82′)
Balzan: D. Ciappara, S. Arab, T. Caruana, N. Pulis (M. Silva), J. Busuttil, D. Awosanja, B. Stanic, V. Blasco (E. Kamsoba 62′), T. Repo, A. Akpan (B. Hili 84′), R. Da Silva
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: L. Portelli, K. Saliba
Birkirkara kellhom bidu mill-aqwa għall-fażi tal-Closing Round tat-360 Sports Malta Premier meta għelbu lil Balzan 5-2. Birkirkara fil-vantaġġ wara biss tmien minuti meta kien Maxuell Maia li għamilhom 1-0.
Balzan kisbu d-draw fit-22 minuta meta kien Udoyen Alexander Ayo Akpan li b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Giacomo Volpe. L-istess Akpan irdoppja qabel il-mistrieħ permezz ta’ penalty b’Balzan jidħlu jistrieħu fil-vantaġġ.
Ir-rimonta ta’ Birkirkara bdiet fis-56 minuta permezz ta’ Manuel Morello. Leandro Lacunza għamilhom 3-2 fid-69 minuta. Maxuell Maia għamilhom 4-2 fis-73 minuta, bl-istess plejer jiskorja l-hat trick personali u l-ħames gowl għal Birkirkara qabel tmiem il-partita.
//= $special ?>